Id-demokrazija ta’ min jipproteġihaMeta taqra l-aħbarijiet fuq il-mowbajl, issegwi l-programmi favoriti tiegħek online, jew tiddibatti mal-ħbieb fil-bar, id-demokrazija fl-UE hija dik li tiggarantixxi l-libertajiet tagħna ta’ kuljum.Diffiċli nimmaġinaw ħajjitna mingħajrha. Madankollu, id-drittijiet u l-libertajiet li ngawdu llum mhux dejjem kienu garantiti — issawru u ġew difiżi minn ġenerazzjoni għal oħra.Illum, il-prinċipji demokratiċi qed ikunu dejjem aktar taħt pressjoni, inkluż fl-Ewropa. Iżda flimkien dan nistgħu nrażżnuh.Tista’ tikkontribwixxi biex tissawwar id-demokrazija fl-Ewropa. Meta tuża l-vot tiegħek fl-elezzjonijiet lokali, reġjonali, nazzjonali, u Ewropej, tkun qed tiddefendi l-ideat u l-valuri tiegħek. Tista’ wkoll tniedi inizjattiva taċ-ċittadini biex tagħmel pressjoni sabiex isiru liġijiet ġodda, aqsam il-fehmiet tiegħek dwar l-istrateġija politika, ressaq petizzjonijiet lill-UE dwar kwistjonijiet li huma importanti għalik, jew agħmel xogħol volontarju fil-komunità tiegħek. Is-setgħa f’idejk.Huwa urġenti li lkoll flimkien nipproteġu d-demokrazija u nibnu r-reżiljenza demokratika taċ-ċittadini, tas-soċjetajiet, u tal-istituzzjonijiet sabiex inħarsu dak li huwa importanti għall-Ewropej. Biex nipproteġu l-valuri demokratiċi tagħna, il-libertajiet tagħna, u l-istil ta’ ħajja tagħna. Il-libertajiet demokratiċi tiegħek fl-UEMedia ħielsaIl-vuċi tiegħek tgħoddIx-xjenza tibqa’ ħielsa L-Ewropa qed tintensifika l-isforzi tagħha Id-demokrazija qiegħda fid-DNA tal-Unjoni Ewropea. Wara li twieldet mill-irmied ta’ kontinent sfreġjat mill-gwerra u mill-awtoritarjaniżmu, sa mill-bidu nett tagħha l-UE ħadmet biex tiddefendi l-valuri demokratiċi.Pereżempju, l-istat tad-dritt huwa valur fundamentali tal-UE, li jiżgura li l-liġijiet tagħha jiġu applikati b’mod ugwali fl-Istati Membri kollha tagħha. Jiggarantixxi d-drittijiet taċ-ċittadini, jagħti aċċess għall-ġustizzja, u jiddefendi d-drittijiet fundamentali u l-istandards demokratiċi li jiddefinixxu l-UE.Illum, b’theddidiet ġodda li qed jerġgħu jisfidaw dawn il-valuri, qed nintensifikaw l-isforzi tagħna. Permezz ta’ inizjattivi bħat-Tarka Ewropea għad-Demokrazija, l-UE qed taħdem biex tiddefendi l-elezzjonijiet ħielsa u ġusti, tappoġġa l-midja indipendenti, tikkumbatti l-indħil barrani, u ssaħħaħ l-istituzzjonijiet demokratiċi li jipproteġuna lkoll. Uża leħnek Id-demokrazija tiddependi fuq iċ-ċittadini attivi. Madwar l-UE, in-nies għandhom l-opportunitajiet biex jiddjalogaw direttament ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, u jsawru politiki li jaffettwawlhom ħajjithom. Ħu sehem fil-ħajja demokratika — billi tivvota, tiddibatti, jew tipparteċipa f’inizjattivi ċiviċi.Fl-UE, meta tivvota fl-elezzjonijiet Ewropej tagħżel lill-Membri tal-Parlament Ewropew, u b’hekk tiżgura li l-vuċi tiegħek tgħin fit-tiswir tal-liġijiet u tal-istrateġiji politiki tal-UE filwaqt li tobbliga lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet jagħtu kont ta’ għemilhom. Id-demokrazija hija l-mod kif ngħixu ħajjitna fl-Ewropa. Għożżha. Sawwarha. Ħarisha. Involvi ruħekGħid tiegħekIkkontribwixxi għall-proċess tat-tfassil tal-politika tal-UEIkkontribwixxi għall-proposti li jmiss tal-UEAqsam l-ideat tiegħek f’dibattiti online u fil-Panels taċ-ĊittadiniNiedi inizjattiva taċ-ċittadiniItlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi leġiżlazzjoni ġdidaAgħmel petizzjoni lill-UEIlmenta dwar liġi jew itlob lill-Parlament Ewropew jirrieżamina kwistjoniVolontarjatInvolvi ruħek fi proġetti madwar l-Ewropa u lil hinn minnhaSib dokumenti uffiċjaliIkseb aċċess għal informazzjoni u dokumenti dwar ħidmet l-istituzzjonijiet tal-UE
Id-demokrazija ta’ min jipproteġihaMeta taqra l-aħbarijiet fuq il-mowbajl, issegwi l-programmi favoriti tiegħek online, jew tiddibatti mal-ħbieb fil-bar, id-demokrazija fl-UE hija dik li tiggarantixxi l-libertajiet tagħna ta’ kuljum.Diffiċli nimmaġinaw ħajjitna mingħajrha. Madankollu, id-drittijiet u l-libertajiet li ngawdu llum mhux dejjem kienu garantiti — issawru u ġew difiżi minn ġenerazzjoni għal oħra.Illum, il-prinċipji demokratiċi qed ikunu dejjem aktar taħt pressjoni, inkluż fl-Ewropa. Iżda flimkien dan nistgħu nrażżnuh.Tista’ tikkontribwixxi biex tissawwar id-demokrazija fl-Ewropa. Meta tuża l-vot tiegħek fl-elezzjonijiet lokali, reġjonali, nazzjonali, u Ewropej, tkun qed tiddefendi l-ideat u l-valuri tiegħek. Tista’ wkoll tniedi inizjattiva taċ-ċittadini biex tagħmel pressjoni sabiex isiru liġijiet ġodda, aqsam il-fehmiet tiegħek dwar l-istrateġija politika, ressaq petizzjonijiet lill-UE dwar kwistjonijiet li huma importanti għalik, jew agħmel xogħol volontarju fil-komunità tiegħek. Is-setgħa f’idejk.Huwa urġenti li lkoll flimkien nipproteġu d-demokrazija u nibnu r-reżiljenza demokratika taċ-ċittadini, tas-soċjetajiet, u tal-istituzzjonijiet sabiex inħarsu dak li huwa importanti għall-Ewropej. Biex nipproteġu l-valuri demokratiċi tagħna, il-libertajiet tagħna, u l-istil ta’ ħajja tagħna.
Ikkontribwixxi għall-proposti li jmiss tal-UEAqsam l-ideat tiegħek f’dibattiti online u fil-Panels taċ-Ċittadini
Sib dokumenti uffiċjaliIkseb aċċess għal informazzjoni u dokumenti dwar ħidmet l-istituzzjonijiet tal-UE